Wednesday, July 24, 2024

Qormi Daikin jirbħu l-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena tal-hockey

Aqra wkoll

Qormi Daikin rebħu l-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena tal-hockey wara li kienu l-iktar tim konsistenti tul l-istaġun 2023/24. Huma spiċċaw qabel GREE Żurrieq Wolves Hotsticks u Marsaskala Heat filwaqt li kisbu 14-il punt minn tmien logħbiet f’kampjonat ta’ erba’ rounds fejn tilfu biss konfront wieħed kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.

It-tim immexxi minn Shawn Dimech skorja 38 gowl tul l-istaġun kollu filwaqt li qala’ 19-il gowl. Bosta mill-plejers li jiffurmaw parti minn dan it-tim diġa’ qed ikollhom esperjenza li jilagħbu mat-tim tal-kbar fejn qed ikollhom wirjiet verament tajbin.

Ekonomija

Sport