Tuesday, July 21, 2026
Home Sport Qormi Pinto A jirbħu l-Federation Cup tal-Blackball

Qormi Pinto A jirbħu l-Federation Cup tal-Blackball

0
10

Qormi Pinto A huma r-rebbieħa tal-Federation Cup 2026 tal-Malta Blackball Pool Federation wara finali drammatika u mimlija emozzjonijiet li ntlagħbet fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkrikara.

Il-konfront kontra Ħamrun 147 A kien wieħed ferm bilanċjat u inċert sal-aħħar. Wara l-erba’ sessjonijiet regolamentari, iż-żewġ timijiet kienu f’parità ta’ 10-10, u għalhekk kien meħtieġ li tintlagħab il-ħames sessjoni sabiex jiġi deċiż ir-rebbieħ.

Qormi Pinto A rnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ 12-11 qabel wasal il-mument deċiżiv. Kien Glenn Axiaq li żamm il-kalma tiegħu u daħħal l-aħħar boċċa, biex ta r-rebħa lil Qormi Pinto A bl-iskor finali ta’ 13-11.

Dan is-suċċess ikkonferma l-karattru u d-determinazzjoni tat-tim minn Ħal Qormi, li għal darb’oħra kiteb paġna oħra memorabbli fl-istorja tal-klabb.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here