Sunday, June 28, 2026

Sliema u La Playa de Arena fil-finali tal-Beach Soccer tal-Irġiel

Aqra wkoll

Iċ-champions preżenti tal-beach soccer Sliema għandhom iċ-ċans li jżommu l-unur li rebħu l-istaġun li għadda meta rnexxielhom jaslu għal darb’oħra sal-finali tal-kampjonat tal-irġiel. Fis-semifinali li ntlagħbet ilbieraħ fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa, huma għelbu lill-Ispartans 8-5 f’logħba ferm akkanita u inċerta sal-aħħar. Is-Slimiżi kienu motivati li jaslu sa din il-partita deċiżiva għalkemm l-Ispartans ma qagħdux lura f’partita li rriżultat interessanti.

Sliema se jkunu qed jilagħbu kontra La Playa de Arena li wettqu s-sorpriża u eliminaw lil Ħamrun Beach Soccer 9-7.

Sa tmiem il-ħin regolamentari, l-iskor kien 5-5 bil-logħba tiġi deċiża wara l-għoti tal-penalties.

La Playa de Arena u Sliema Beach Soccer jilagħbu l-finali tagħhom nhar it-Tnejn li ġej bil-logħba tibda fit-8.30pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport