Wednesday, July 29, 2026
Home Internazzjonali Qtil razzist… il-Gvern Ingliż kien sfurzat jaċċetta razziżmu istituzzjonali

Qtil razzist… il-Gvern Ingliż kien sfurzat jaċċetta razziżmu istituzzjonali

0
696

Bħal lum 22 ta’ April 1993, kien inqatel Stephen Lawrence, żagħżugħ Ingliż. Hu nqatel f’attakk razzista waqt li kien qed jistenna karozza tal-linja f’Eltham f’Londra. 

Ġara li flok tpoġġew riżorsi adekwati biex jinqabdu l-qattiela tiegħu, il-Pulizija ta’ Londra infiltraw kampanja għall-ġustizzja mill-familja ta’ Lawrence u dan bl-għan li jsibu evidenza li jiskreditaw il-familja.

Wara snin ta’ attivitajiet u kampanji, il-gvern kien sfurzat jaċċetta ir-razziżmu istituzzjonali tal-Pulizija. Finalment fis-sena 2012, żewġ persuni kienu nstabu ħatja bil-qtil.