Wednesday, September 18, 2024

Rabiot jintlaqa’ minn 500 partitarju ta’ Marseille

Aqra wkoll

Kien hemm entużjażmu kbir fl-ajruport ta’ Marseille mal-wasla tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Adrien Rabiot. Fil-fatt, madwar 500 partitarju laqgħu lill-eks stilla ta’ Paris St Germain u Juventus, xi ħaġa li hu stess ma stennihiex.

F’kumment żgħir li ta, Rabiot qal li kien qed jaqta’ qalbu li jingħaqad ma’ tim peress li kien għadda s-suq tat-trasferiment tas-sajf, iżda riċentement iltaqa’ mal-eks kollega tiegħu ma’ Juventus u issa direttur sporttiv ta’ Marseille Mehdi Benatia li fissirlu l-proġett li qabdu, xi ħaġa li għoġbot lill-plejer ta’ 29 sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport