Radja Nainggolan qed jiffaċċja sentenza ta’ sentejn ħabs wara li l-Prosekuzzjoni fi Brussell talbet piena ta’ priġunerija u multa ta’ €105,000 fil-konfront tiegħu.
L-eks player ta’ Roma u Inter, li llum jilgħab ma’ Patro Eisden, jinsab akkużat li għen fil-ħasil ta’ €105,500 li allegatament kienu ġejjin minn organizzazzjoni kriminali.
Skont l-investigaturi, il-flus ġew trasferiti lura bin-nifs permezz ta’ kont bankarju u ġew iddikjarati bħala ħlas għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fittizji.
Iżda Nainggolan mhux akkużat bi traffikar tad-droga jew b’appartenenza mal-organizzazzjoni kriminali. Il-qorti mistennija tiddeċiedi fil-ġimgħat li ġejjin.




