Tuesday, April 16, 2024

Rafael Nadal jibda d-difiża tat-titlu tal-Australian Open b’rebħa

Aqra wkoll

It-tennista Spanjol, Rafael Nadal, beda d-difiża tat-titlu tal-Australian Open b’rebħa fuq il-Britanniku, Jack Draper, 7-5 2-6 6-4 6-1.

Draper kien qed jimmira li joħloq l-ewwel sorpriża f’dan it-tournament iżda filwaqt li rebaħ it-tieni set u kiseb id-draw, huwa beda jnaqqas mir-rendiment tiegħu minħabba kwistjonijiet fiżiċi. 

Nadal, li kien mistenni ħafna aktar minnu, xejn ma kien qed jikkonviċni fil-logħob tiegħu u li kieku kien qed jilgħab kontra wieħed mill-aqwa players, żgur li r-riżultat kien ikun mod ieħor. 

Madankollu, ir-rebbieħ ta’ 22 Grand Slam għad irid jimmatura fil-logħob u tiegħu u qed iħalli l-aħjar tiegħu għall-mument opportun.

Ekonomija

Sport