Tuesday, March 11, 2025

Raġel akkużat bi vjolenza domestika wara argument fuq it-tifla

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti biex tiġi protetta l-identità tal-allegat vittma, ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li wettaq vjolenza domestika fuq l-eks martu li magħha għandu tifla ta’ 11-il sena.

Jirriżulta li l-kwistjoni nqalgħet hekk kif it-tifla ma riditx tmur torqod ma’ missierha.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea hu ġie akkużat li kkaġuna biża’ fuq il-mara, li kienet se tintuża vjolenza fil-konfront tagħha. Ġie mixli wkoll li ħebb għal eks sieħba tiegħu, li nġurjaha, li kiser il-paċi pubblika u li sar riċediv.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-eks mara u ż-żewġ uliedha. 

L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest bil-prosekuzzjoni tagħid li ma ssib l-ebda oġġezzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport