Friday, April 19, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet intensivi wasslu għal sejba ta’ madwar 2kg droga suspettata kokaina u 10kg droga suspettata kannabis.

Id-droga nstabet waqt tfittxijiet li saru f’residenza fiż-Żurrieq filwaqt li nstabu wkoll madwar €16,000 fi flus kontanti. B’rabta ma’ din is-sejba ġie arrestat raġel ta’ 57 sena.

Huwa qed jinżamm fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana, filwaqt li llum mistenni jitressaq il-Qorti għall-ħabta tal-10:30 a.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.

Sport