Thursday, April 18, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ droga kokaina

Aqra wkoll

Raġel Sirjan mistenni jitressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia b’rabta ma’ traffikar ta’ droga.

Ir-raġel ta’ 39 sena ġie arrestat wara rejd f’garaxx f’Ħal Balzan. Meta daħlu ġewwa, il-Pulizija sabu lir-raġel u minn tfittxija li saret fil-garaxx instabu madwar 150 pakkett b’sustanza bajda, allegatament droga kokaina, lesta għat-traffikar, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace qiegħda tmexxi l-inkjesta b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport