Monday, December 23, 2024

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ persuni

Aqra wkoll

Raġel ta’ 67 sena residenti Ħad-Dingli kien arrestat mill-Pulizija. Dan wara li minn investigazzjonijiet li saru b’mod konġunt bejn il-Pulizija u JobsPlus, instab li allegatament daħħal f’Malta b’mod illegali numru ta’ persuni minn pajjiżi terzi.

Minn investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel kien għamel applikazzjonijiet sabiex iġib u fil-fatt ġab Malta għadd ta’ ħaddiema prospettivi li qabeż ferm id-domanda reali ta’ ħaddiema li kellu bżonn in-negozju tiegħu biex jopera.

Allegatament huwa għamel dikjarazzjonijiet foloz lill-awtoritajiet kompetenti, billi stqarr li għandu bżonn dan in-numru ta’ ħaddiema sabiex ikun jista’ jopera tliett ristoranti, meta wieħed minnhom kien fil-proċess li jagħlaq u ieħor kien
għadu ma fetaħx.

Ir-raġel, li qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana, mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tas-1:00 p.m, quddiem il-Maġistrat Dr Monica Vella LL.D.
akkużat bi traffikar ta’ persuni, dikjarazzjonijiet foloz u esplojtazzjoni, fost oħrajn

Ekonomija

Sport