Sunday, December 22, 2024

Raġel arrestat wara li allegatament ħebb għal ieħor bi flixkun tal-ħġieġ u saq għal fuqu fil-Gżira

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Libjan ta’ 29 sena residenti Ħal Għargħur safa ferut gravi wara li l-Ħadd għall-ħabta tat-3:00 a.m kien involut f’argument ma’ Malti ta’ 34 sena residenti l-Gżira li seħħ fl-istess lokalità.

Mal-wasla tagħhom fuq il-post il-pulizija sabu lil-Libjan midrub fuq bankina u minnufih issejjaħ tim mediku li tah l-ewwel għajnuna sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-Libjan pprova jaħrab minn fuq il-post, iżda ir-raġel l-ieħor rikeb f’karozza u segwieh sa Triq ix-Xatt, fejn allegatament saq fid-direzzjoni tiegħu, laqtu u ħarab minn fuq il-post.

Minnufih bdiet tfittxija għall-allegat aggressur, bil-karozza li allegatament kienet involuta nstabet abbandunata fl-istess akwati, waqt li l-allegat aggressur instab ftit tal-ħin wara u ġie arrestat.

Huwa qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport