Saturday, May 4, 2024

Raġel arrestat wara li nstabu 6 kilos kannabis f’residenza li kien dieħel fiha

Aqra wkoll

Raġel ta’ 22 sena mill-Latvja qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum, għall-ħabta tas-13:00 p.m., b’rabta mal-importazzjoni tad-droga.

Ir-raġel twaqqaf hekk kif kien dieħel f’residenza f’Marsaskala. Minn tfittxija li saret fir-residenza wasslet biex jinstabu 6 kilos allegatament ħaxixa tal-kannabis. Huwa ġie arrestat ilbieraħ.

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport