Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ tliet sulari

Aqra wkoll

It-Tlieta, għall-ħabta tal-3:45 p.m., il-Pulizija kienet infurmata b’inċident ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Farkizzan, il-Mosta. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li raġel mill-Bangladesh ta’ 33 sena u jgħix ilĦamrun, waqa’ ġol-bokka tal-lift waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet, għoli ta’ madwar tliet sulari. 

Fuq il-post, ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku sabiex jassistu u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport