Filippin ta’ 33 sena residenti n-Naxxar, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular f’komun ta’ residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am, fi Triq Jean De La Valette, in-Naxxar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Dr Anthony Agius Bonnici LL.D li fetaħ inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.