Ġuvni ta’ 26 sena residenti l-Munxar, weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular minn fuq scaffolding waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq faċċata ta’ residenza.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4:00 p.m, fi Triq il-Kappillan
Ġużeppi Hili, il-Fontana.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.