Tuesday, April 16, 2024

Raġel iweġġa’ serjament f’argument fil-Fgura

Aqra wkoll

Raġel mill-Indoneżija ta’ 40 sena weġġa’ serjament f’argument ma’ raġel ieħor mill-Indoneżja li għandu 30 sena.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tat-3.00p.m. f’residenza fi Triq William Lassal, il-Fgura.

Waqt l-argument allegatament intużaw oġġetti li jaqtgħu u bil-ponta.

Ir-raġel ta’ 40 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport