Aktar kmieni għall-ħabta tad-9.20 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li fl-inħawi ta’ Wied ix-Xaqqa Birżebbuġa.
Il-katavru ttella’ fuq lanċa tal-Protezzjoni Ċivili fejn dan iddaħħal mal-moll fil-Bajja ta’ San Ġorġ, f’Birżebbuġa.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-ġisem huwa ta’ raġel, però mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru bil-għan li tiġi stabbilità l-identità u l-kawża tal-mewt peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.
B’rabta mal-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella li ħatret esperti biex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.