Tuesday, April 21, 2026

Raġel joqtol lis-sieħba b’daqqiet ta’ sikkina fl-Italja

Aqra wkoll

Il-provinċja ta’ Alessandria li tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-Italja tinsab taħt xokk hekk kif fl-aħħar sigħat inqatlet Loredana Ferrara ta’ 53 sena.

Hija ġiet maqtula b’daqqiet ta’ sikkina f’nofs tat-triq. Il-Pulizija Taljana li marru mill-ewwel fuq il-post u arrestaw lil Silvio Gambetta ta’ 57 sena. Hekk kif ġie arrestat hu ammetta mill-ewwel li kien qatel lis-sieħba tiegħu.

Skont investigazzjoni li saret irriżulta li l-vittma lejn l-aħħar ta’ Novembru u Diċembru li għadda, kienet fetħet qalbha ma’ persuna fejn kienet qalet li s-sieħeb tagħha kien qiegħed ikun vjolenti ħafna magħha.

Fl-aħħar ġimgħat Loredana ddeċidiet li temm ir-relazzjoni mas-sieħeb tagħha, iżda hu baqa’ jinsisti li hija tiegħu biss.

Dan kollu wassal biex allegatament Silvio jsib lis-sieħbha fit-triq u beda jagħtiha daqqiet ta’ sikkina fejn ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport