Thursday, March 20, 2025

Raġel li seraq minn supermarket se jiġi deportat

Aqra wkoll

Kolumbjan ta’ 21 sena se jiġi deportat il-ġimgħa d-dieħla wara li ammetta fil-Qorti li seraq minn supermarket fis-Swieqi.

Helman David Giraldo Oyola tressaq il-Qorti mixli b’serq u li darab ħafif uffiċjal tal-pulizija.

Oyola ġie mixli li seraq minn ħanut tas-supermarket fl-10 ta’ Marzu li għadda. Huwa kien intlemaħ tmint ijiem wara fl-istess supermarket fejn ġie arrestat.

Il-Prosekuzzjoni qalet li waqt l-arrest, l-imputat allegatament kien darab ħafif uffiċjal tal-pulizija.

Bl-għajnuna ta’ interpretu, l-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu. 

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li Oyola qabel jiġi deportat irid iħallas multa ta’ €1,200 u jħallas lura lis-supermarket €200.

Meta l-Maġistrat staqsiet kif l-imputat kien se jħallas dan l-ammont, ġiet infurmata li huwa kellu jkellem lil xi familjari biex jgħaddulu xi flus. 

Il-Qorti ordnat li r-raġel jinżamm arrestat sa nhar it-Tnejn li ġej sabiex iħallas il-multi.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Nico Zarb u Jonathan Cassar. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport