Tuesday, December 24, 2024

Raġel mgħammad jidħol jisraq minn ħanut f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Il-pulizija tinsab għaddejja bi tfittxija għall-allegat ħalliel li kmieni dalgħodu daħal jisraq minn ħanut fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi.

Għall-ħabta tat-3:00 a.m il-Pulizija ġiet infurmata bis-serqa u minn stħarriġ li sar fuq il-post irriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-kaxxier jgħaddilom il-flus. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti. Fortunatament il-kaxxier ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport