Sunday, November 24, 2024

Raġel mixli bi qtil involontarju ta’ żewġt irġiel f’inċident tinħafirlu sentenza ta’ sena ħabs

Aqra wkoll

Raġel mixli bi qtil involontarju ta’ żewġt irġiel mill-Pakistan wara inċident tat-traffiku fil-Mosta, inħafritlu sentenza ta’ sena ħabs fuq każ, fejn fih instab ħati li kien qed isuq mingħajr liċenzja. 

Fil-Qorti tal-Appell instema’ kif f’Settembru li għadda, huwa kien ikkundannat sena ħabs u kien Vella Petroni stess li appella minn din is-sentenza. Bl-għajnuna tal-avukati tiegħu, l-akkużat argumenta li l-Qorti ma evalwatx sew l-evidenza li tressqet kontrih u sostna li hemm numru ta’ diskrepanzi.

L-akkużat argumenta wkoll li nkisrlu d-drittijiet tiegħu bir-raġuni li meta ta l-istqarrija lill-Pulizija, id-drittijiet tiegħu qatt ma nqraw. Wara li semgħet l-akkużat, il-Qorti tal-Appell immexxija mill-Imħallef Consuelo Sceri Herrera qablet mal-argument ta’ Vella Petroni.

Hija semmiet il-fatt li l-Prosekuzzjoni naqset milli tressaq ix-xhieda u li naqset ukoll milli tasal għall-fatt ta’ kif seħħet il-ħabta. L-Imħallef Herrera qalet li ma kienx hemm evidenza meħtieġa u li għalhekk il-każ kellu jorbot biss fuq l-istqarrija.

Id-Difiża f’dan il-każ tmexxiet mill-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca.

Sport