Ilum, għall-ħabta tal- 5:30 p.m., waqt li kienu għaddejjin tfittxijiet intensivi għar-raġel, intlemħet persuna bla ħajja, f’għalqa fl-akwati ta’ Bulebel.
Aktar tard kien ikkonfermat li huwa Eusebio Abela fejn sfortunatament kien iċċertifikat mejjet fuq il-post. Qed jiġi eskluż is-sehem ta’ terzi persuni.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


