Tuesday, April 16, 2024

Ralf Rangnick jinsisti biex il-manager ta’ Ajax, Erik ten Hag isir il-manager li jmiss ta’ Man Utd

Aqra wkoll

Il-manager temporanju ta’ Manchester United, Ralf Rangnick, qed jinsisti biex il-manager ta’ Ajax, Erik ten Hag isir il-manager li jmiss tal-club Ingliż b’mod permanenti.

Rangnick se jmexxi lir-Red Devils għall-bqija tal-istaġun qabel jidħol fi rwol ta’ konsulenza f’Old Trafford, u huwa mistenni li jkollu sehem dwar is-sostitut tiegħu.

Mauricio Pochettino ta’ Paris Saint-Germain huwa l-għażla preferuta tal-club biex isir il-manager il-ġdid tat-team fuq bażi fit-tul.

Madankollu, skRangnick jippreferi lil Ten Hag bħala s-suċċessur tiegħu, bil-Ġermaniż jibqa’ impressjonat bil-ħidma tal-coach ta’ 51 sena f’Amsterdam.

Ten Hag ilu fit-tmexxija ta’ Ajax minn Diċembru 2017, u wassal lill-club għal żewġ titli tal-Eredivisie u żewġ tazzi Olandiżi, filwaqt li l-ġganti ta’ Amsterdam ħadu sehem fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League ta’ dan l-istaġun, fejn rebħu s-sitt logħbiet kontra Besiktas, Borussia Dortmund u Sporting Lisbona.

Il-kuntratt tal-Olandiż mal-club attwali tiegħu għandu jiskadi f’Ġunju tal-2023, u huwa ħerqan li jieħu l-isfida ma’ Manchester United dan is-sajf.

Ten Hag beda l-karriera maniġerjali tiegħu ma’ Go Ahead Eagles, filwaqt li kien ukoll inkarigat minn Bayern Munich II u Utrecht qabel ċaqliq lejn il-Johan Cruyff Arena.

Ekonomija

Sport