Tuesday, January 21, 2025

Ramona Attard se tiġi co-opted bħala Membru Parlamentari

Aqra wkoll

Il-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approvaw in-nomina biex l-Avukat Ramona Attard tiġi co-opted bħala Membru Parlamentari.

Ramona Attard hija gradwata fil-Liġi u tippratika bħala Avukat fil-Qorti.  Bdiet il-karriera tagħha bħala ġurnalista, preżentatriċi u produttriċi tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-istazzjonijiet ONE bejn l-2010 sal-2020.

Fl-2020, inħatret bħala President tal-Partit Laburista, fejn damet fil-kariga għal erba’ snin, li matulhom ħadmet mill-qrib fl-amministrazzjoni tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.

Bħala President tal-Partit Laburista imbuttat diversi riformi, fosthom tal-IVF li kienet wegħda maġġuri fil-manifest elettorali tal-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, li ġiet implimentata fl-ewwel mitt jum tal-Gvern ġdid Laburista.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport