Wednesday, July 24, 2024

Rankings tan-Nisa: Spanja jtemmu s-sena 2023 fl-ewwel post

Aqra wkoll

Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, Spanja, kisbu l-post numru wieħed fir-Rankings tad-Dinja tal-FIFA għall-ew­wel darba u b’hekk saru biss it-tielet pajjiż li qatt qabel kienu fil-quċċata fil-lista ta’ tmiem is-sena.

Fl-aħħar klassifika, ippubblikata f’Awwissu, immedjatament wara t-Tazza tad- Dinja li saret fl-Awstralja u New Zealand, Spanja telgħu fit-tieni post wara l-Isvezja, it-team li għelbu fis-semi-finali, bi ftit aktar minn 17-il punt.

Iż-żewġ pajjiżi ttellgħu flimkien fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Nations League bi Spanja jirbħu ż-żewġ logħbiet tagħhom, f’darhom u barra, biex temmew fl-ewwel post fil-grupp. B’kuntrast, l-Isvezja tilfu  tlieta mis-sitt logħbiet tagħhom u ħadu draw wieħed u waqgħu b’71 punt.

Spanja kienet tikseb il-post numru wie­ħed lura f’Awwissu li kieku ma tilfux 35 punt ta’ ranking potenzjali billi tilfu 4-0 kontra l-Ġappun fil-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja.

Minn meta l-FIFA Women’s World Rankings ġew ippubblikati għall-ewwel darba f’Lulju 2003, il-lista kienet dominata minn żewġ pajjiżi – l-Istati Uniti u l-Ġermanja – li sa Awwissu kienu l-uniċi li okkupaw il-post numru wieħed.

L-aħħar rankings raw lill-Isvediżi konsistenti jakkwistaw l-ewwel post għall-ewwel darba minkejja li ilhom ma jirbħu kompetizzjoni internazzjonali ewlenija mill-1984. Sadanittant, iċ-champions tad- Dinja preċedenti, l-Istati Uniti, niżlu fl-inqas post baxx tagħhom, it- tielet, b’sempliċi 0.63 punti rankings wara Spanja.

Qabel Awwissu 2021, Spanja qatt ma kienu la fl-ewwel 10 tar-rankings, u qatt fl-ewwel ħamsa sakemm rebħu t-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba dan is-sajf. Ir-rankings, li jiddeterminaw kif il-pajjiżi huma ssidjati f’tournaments ewlenin, huma bbażati fuq aktar mill-prestazzjoni tat-team fit-Tazza tad-Dinja.

L-ewwel 10 temmew hekk: 1. Spanja; 2. Stati Uniti; 3. Franza; 4. Ingilterra; 5. Svezja; 6. Ġermanja; 7. Olanda; 8. Ġappun; 9. Korea t’Isfel; 10. Kanada.

X’imkien ieħor fir-rankings, wara li ma lagħbux logħba internazzjonali waħda f’erba’ snin minn mindu faqqgħet il-pande­mija tal-Covid-19, il-Korea ta’ Fuq reġgħu marru mill-ewwel fl-ewwel 10 wara li reb­ħu 10 mit-12-il logħba li lagħbu minn Ottubru. Numru rekord ta’ 192 nazzjon huma inklużi fl-aħħar klassifika.

Fl-għoxrin sena tar-rankings, l-Istati Uniti ilhom fl-ewwel post għal 5,715 jum xokkanti – fuq 15-il sena – inklużi seba’ snin konsekuttivi bejn Marzu 2007 u Diċembru 2014.

Champions tad-Dinja fl-2003 u l-2007, il-Ġermanja kienu l-ewwel pajjiż li spiċċa sena kalendarja bħala t-team klassifikat numru wieħed f’Diċembru 2003. Huma żammew il-post numru wieħed ta’ tmiem is-sena għal kull waħda mill-erba’ snin ta’ wara.

Minn dak iż-żmien ‘il hawn, l-Amerikani kienu fuq quddiem tar-rankings f’14 mill-15-il sena sussegwenti, bl-eċċezzjoni tal-2014 meta l-Ġermanja għal darb’oħra rebħu l-ewwel post. Fi tmiem il-21 sena tar-rankings, Spanja issa saret biss it-tielet pajjiż li temm is-sena bħala t-team naz­zjonali tan-nisa klassifikat numru wieħed tad-dinja.

It-team Malti baqa’ jżomm is-86 post li jfisser li ma ggwadanja xejn minkejja r-reb­ħiet li kiseb fin-Nations League b’dawk il-pajjiżi ta’ madwaru jibdlu l-pożizzjonijiet bejniethom.

Ekonomija

Sport