Wednesday, July 24, 2024

Raoul Bellanova segwit minn Man Utd u Aston Villa

Aqra wkoll

Manchester United u Aston Villa jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-winger lemini ta’ Torino Raoul Bellanova. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u bħalissa qed jispikka ferm mal-Granata apparti li matul dan tmiem il-ġimgħa jinsab mat-tim nazzjonali Taljan minħabba li anke l-kowċ Luciano Spalletti għajjatlu għall-ewwel darba fl-iskwadra.

Bellanova qed jitqies bħala winger ideali kemm għar-Red Devils kif ukoll għall-Villains bid-diriġenti ta’ Torino li lesti jiddiskutu ma’ dawn it-timijiet Ingliżi.

Ekonomija

Sport