Monday, May 13, 2024

Missila Russa tidħol fi spazju tal-ajru tan-NATO

Aqra wkoll

Missila Russa ttajret għal madwar 39 sekona fuq territorju tan-NATO u b’mod immedjat kien hemm biża’ kbira li l-gwerra tal-Ukranja kienet se tiskala.

L-ajruplani tan-NATO ttajru fuq spazju tal-ajru Pollakk wara li għall-ħabta tal-4.23am ġiet interċettata missila li kienet ġiet sparata mill-forzi Russi.

Il-Forza Pollakki kkonfermaw dan l-inċident u qalu li qegħdin jinvestigaw kif missila tal-Federazzjoni Russa spiċċat fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom. Kelliem għal forzi Pollakki qalu li l-missila daħlet minn fuq il-villaġġ ta; Oserdow u mill-ewwel is-sistema tar-radar immarkata li baqgħet issegwija sakemm ħarġet lura mill-ispazju tal-ajru Pollakk.

Il-militar Russu qal li l-missila mxiet 1.2 mil fit-territorju Pollakk u l-ajruplani tal-alleati mill-ewwel ttajru biex jipproteġu l-pajjiż. Jidher li l-ispazju tal-ajru Pollakk matul il-bqija tal-lejl kien sigur.

Matul il-lejl li għadda l-forzi Russi wettqu attakki kbar mill-ajru fuq l-Ukranja fejn saħansitra ġiet milquta l-kapitali Ukrena Kiev.

Intant il-President Russu Vladimir Putin qiegħed jakkuża lil Ukrenja li kienet involuta fl-attakkk terrorisitku li seħħ il-Ġimgħa filgħaxija f’sala tal-kunċerti fil-kapitali Moska. Minkejja din l-akkuża, l-gruoo tal-Istat Iżlamiku kien diġà refa’ r-responsabbiltà li kien hu li wettaq dan l-attakk.

Skont l-aħħar figuri ppublikati mill-Gvern Russu jgħidu li 133 persuna sfaw maqtulin u aktar minn 150 persuna oħra kellhom jittieħdu l-isptar għal kura.

Sport