Saturday, May 18, 2024

Rapporti ta’ imejls foloz f’isem il-Korp… ħadd ma waqa’ vittma ta’ dawn l-iscams

Aqra wkoll

Is-Cyber Crime Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jinvestiga kull tip ta’ scam li jiġi għall-attenzjoni tiegħu, fosthom dak riċenti fejn imejls qarrieqa qegħdin jintbagħtu f’isem il-Korp sabiex jiġi determinat is-sors.

Jirriżulta li għalkemm waslu għand il-pulizija rapporti minn persuni li rċevew dawn l-imejls taparsi f’isem il-Korp b’rabta ma’ investigazzjonijiet u/jew każijiet il-Qorti, ħadd ma waqa’ vittma tagħhom u r-rapport saru biss biex jirrapportaw li rċevew tali imejl.

Din hi r-raġuni għalfejn il-Pulizija qed iwasslu l-appell lill-pubbliku sabiex jinjoraw tali messaġġi ħalli ħadd ma jaqa’ vittma tagħhom. Dan kien ikkonfermat minn kelliem għall-Pulizija fi tweġiba għal mistoqsijiet li saru minn dan il-ġurnal b’rabta ma’ dawn l-iscams.

Matul il-jum tat-Tlieta l-pulizija tenniet l-appell tagħha lill-pubbliku għal attenzjoni f’dan ir-rigward u anke ħarġet kopji ta’ dawn l-imejls, fejn f’wieħed minnhom jingħad li l-persuna qiegħda tiġi investigata fuq pornografija tat-tfal u pedofelija fost oħrajn.

F’imejls oħra simili, il-pubbliku jintalab ukoll li jsir kuntatt fuq indirizz elettroniku falz. Il-Pulizija qalet li dawn l-imejls mhuma xejn ħlief scams u għandhom jiġu injorati u mħassra immedjatament.

Sport