Thursday, April 25, 2024

Rapporti ta’ slime fil-baħar fin-Nofsinhar ta’ Malta… l-ERA tinvestiga

Aqra wkoll

Wara rapporti tal-preżenza ta’ slime fiż-żona tan-Nofsinhar ta’ Malta fi tmiem il-ġimgħa, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) nediet investigazzjoni dwar l-oriġini tiegħu u bdiet ħidma biex jitnaddaf u tindirizza s-sitwazzjoni.

Fi stqarrija, l-ERA qalet li mal-wasla fuq il-post u mal-konferma tal-preżenza tal-islime, hija talbet lit-tliet operaturi tal-fish farms fl-inħawi biex jipproċedu bit-tindif tiegħu. 

L-operaturi tal-fish farms ikkooperaw mill-ewwel u t-tindif beda minnufih fl-inħawi ta’ St Peter’s pool, il-Bajja ta’ San Tumas u ż-żoni għall-għawm f’Marsascala. L-ERA qalet li ikkoordinat din il-ħidma ma’ Transport Malta u l-Pulizija biex tiżgura s-sigurtà.

L-ERA rċeviet ukoll rapporti ta’ slime barra mill-kosta ta’ Pembroke u San Ġiljan li wkoll qed jiġu indirizzati.

Sport