Thursday, April 18, 2024

61 sena ilu nqatel Twanny Aquilina ta’ tmien snin

Aqra wkoll

Bħal lum proprju 61 sena ilu, il-Belt Valletta u Malta kienu xxukkjati. Dan hekk kif sar magħruf li Twanny Aquilina, tifel ta’ 8 snin, instab maqtul fid-dar tal-ġenituri tiegħu.  Delitt li għadu joħloq kontroversja sa llum. L-avukat Malti Awstralja, Carmel Chetcuti, li kien jgħix fil-viċinanzi, jiddikjara li għadu ta’ kull sena meta jiġi Malta, jgħaddi mill-post fejn inqatel.

It-tifel instab f’għadira demm. Għonqu kien imħanxar b’sikkina tal-ħobż, tant li rasu kienet kważi se tinqata’ barra.  

Is-suspettati kienu primarjament ommu stess, Luigia Camilleri, magħrufa bħala Ġiġa, u r-raġel tagħha Leli.  

Dan id-delitt hemm ħafna kontroversji dwar. Hemm min iqisu bħala każ bħala konkluż. Dawn jemmnu li kienu Ġiġa u Leli li qatlu lit-tifel. Hemm oħrajn imma li jemmnu li weħlu l-ħabs nies innoċenti.

Ġiġa minn dejjem ċaħdet l-akkużi iżda hi kienet nstabet ħatja, flimkien mar-raġel tagħha Leli, tal-mewt ta’ binha. Leli ngħata sentenza ta’ 20 sena priġunerija b’xogħol iebes filwaqt li Ġiġa ngħatat il-piena kapitali. Però, l-piena ta’ Ġiġa ġiet appellata u nbidlet biex tingħata sentenza ta’ priġunerija għal għomorha. 

Huma diversi dawk li f’xi saram, jitolbu lil Twanny Aquilina, li jqisuh bħala “tfajjel qaddis”.

Ekonomija

Sport