Monday, May 13, 2024

Real Madrid interessati f’Kobbie Mainoo

Aqra wkoll

Real Madrid jinsabu interessati fl-akkwist tal-midfielder ta’ Manchester United Kobbie Mainoo. Dan tal-aħħar għandu 18-il sena u qed jitqies bħala plejer ta’ talent kbir għall-futur b’mod partikolari f’nofs il-grawnd. Hu diġa’ lagħab 18-il logħba mat-tim tal-kbar tar-Red Devils u saħansitra skorja żewġ gowls.

Anke l-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate induna bil-kwalitajiet tiegħu hekk kif lagħbu darbtejn.

Real Madrid se jagħmlu l-ewwel kuntatti mat-tim minn Old Trafford sabiex jibdew in-negozjati.

Sport