Saturday, May 4, 2024

Il-parteċipazzjoni ta’ nisa fis-suq tax-xogħol f’pajjiżna skorra r-rata medja tal-UE

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Għall-ewwel darba ir-rata ta’ parteċipazzjoni, tal-mara fis-suq tax-xogħol skorra r-rata medja tal-Unjoni Ewropea. Meta ejja ma ninsewx li ftit tas-snin ilu, ir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa, f’Malta kien fost l-inqas fl-Unjoni Ewropea”.

Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg fid-diskors li għamlet fil-Parlament, fejn stqarret li tinsab kburija li f’Malta mill-Indipendenza lil hawn, il-Gvern għamel divers passi f’diversi oqsma.

F’dan ir-rigward, Buttigieg qalet ukoll; “L-akbar suċċess ta’ dan il-Gvern fil-qasam tal-Ugwaljanza joħroġ mill-fatt illi llum għandna iżjed minn 100,000 mara li jaħdmu bi qligħ”

Kompliet tispjega li l-kelma sostenibilità daħlet fid-dizzjunarju politiku u li l-politika tal-Gvern hija mmirata biex tiggarantixxi l-kwalita’ ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini tal-lum u tal-ġenerazzjonijiet futuri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport