Monday, May 13, 2024

Wilfried Ndidi bejn Tottenham u Newcastle?

Aqra wkoll

Il-midfielder difensiv Niġerjan Onyinye Wilfried Ndidi jinsab fil-quċċata tal-lista ta’ xewqat ta’ Tottenham Hotspur u Newcastle United sabiex jiffirma ma’ wieħed minnhom għall-istaġun li ġej.

Ndidi kellu staġun mill-aqwa mat-tim minn The Championship Ingliża u kien protagonist fil-logħob tiegħu.

Ndidi għandu 27 sena u ilu ma’ Leicester City sa mis-sena 2017 fejn lagħab 216-il partita u skorja disa’ gowls. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Genk filwaqt li lagħab 56 partita mat-tim nazzjonali Niġerjan.

Sport