Saturday, May 4, 2024

Real Madrid jikkonfermaw l-akkwist ta’ Eduardo Camavinga

Aqra wkoll

Real Madrid ikkonfermaw l-akkwist ta’ Eduardo Camavinga bi ftehim ta’ sitt snin mingħand Rennes.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena daħal fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu mat-team ta’ Bruno Genesio aktar kmieni dan is-sajf u kien marbut ma’ ċaqliq lejn Manchester United u Paris Saint-Germain fost oħrajn.

Madankollu, Paul Pogba li baqa’ ma’ Manchester United u l-fatt li Lionel Messi ingħaqad ma’ PSG ra lil Real isiru favoriti għal Camavinga, u r-rapporti nhar it-Tnejn filgħaxija sostnew li l-Los Blancos kienu rebħu t-tellieqa għall-firma tiegħu.

Issa, it-team ta’ Carlo Ancelotti kkonferma fil-jum tal-iskadenza tat-trasferimenti li Camavinga huwa player ta’ Real Madrid, bit-team Spanjol ħallas ħlas inizjali ta’ €31m li jista’ jitla’ għal € 40m bil-bonuses.

L-internazzjonali ta’ Franza ffirma kuntratt ta’ sitt snin ma’ Real Madrid sas-sajf tal-2027 u ħalla lil Rennes wara li skorja żewġ goals u pprovda ħames assists fi 88 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Camavinga għamel sitt dehriet għal Les Rouge et Noir fl-istaġun 2021-22 qabel ma għamel il-bidla għal Real, għalkemm huwa beda biss waħda minn dawk il-logħob.

Sport