Monday, April 22, 2024

Real Madrid u Napoli fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

Real Madrid u Napoli ngħaqdu ma’ Bayern Munich, Benfica, Chelsea, Milan Manchester City u Inter, fil-kwarti-finali tal- UEFA Champions League meta għelbu b’aggregate lil Liverpool u lil Eintracht Frankfurt rispettivament.

Real Madrid v Liverpool

Wara t-telfa ta’ 5-2 fl-ewwel leg f’Anfield, kien meħtieġ nofs miraklu biex Liverpool jiksbu l-passaġġ fil-kwarti tal-finali, u fil-fatt dan ma seħħx. Dan hekk kif fit-tieni leg fis-Santiago Bernabeu, Real Madrid kisbu rebħa minima ta’ 1 -0 fuq Liverpool bil-goal uniku għalihom jasal minn Karim Benzema (79).

B’hekk il-Madrileni għamluha mal-Aħħar 8 bi skor aggregate kbir ta’ 6-2.

Napoli v Eintracht Frankfurt

Napoli komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom matul dan l-istaġun meta ġewwa darhom fi Stadio Diego Maradona għelbu lill-Ġermaniżi ta’ Eintracht Frankfurt bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0, bl-iskorers għalihom ikunu Victor Osimhen (47, 53) u Piotr Zielinski (64).

Sport