Friday, May 3, 2024

Real Madrid viċin li jġeddu l-kuntratt ta’ Vinicius Junior

Aqra wkoll

Real Madrid huma rrappurtati ‘qrib ħafna’ li jiffirmaw lil Vinicius Junior b’kuntratt ġdid fit-tul.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kien player vitali għal-Los Blancos matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 22 goal u rreġistra 20 assist fi 52 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-player internazzjonali Brażiljan skorja 17-il goal u pprovda 13-il assist f’35 dehra fil-La Liga fl-istaġun li għadda, filwaqt li huwa wkoll skorja erba’ goals u rreġistra seba’ assists fi 13-il partita taċ-Champions League, hekk kif it-team immexxi minn Carlo Ancelotti rebaħ iż-żewġ unuri prinċipali matul l-istaġun 2021-22.

Sport