“Nifraħ lil Rebecca talli ġiet magħżula mill-organizazzjoni Friends of Europe bħala waħda minn 40 mexxejja Ewropej żgħażagħ li qed iħallu impatt reali bil-ħidma pożittiva tagħhom”.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim ministru Robert Abela permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn irrimarka li jinsab kburi li l-Partit Laburista qed ikompli jipproduċi politiċi ta’ talent li jmexxu riformi importanti lejn soċjetà iktar ugwali u inklussiva.
Tenna li ma’ Rebecca u l-kumplament tal-Kabinett, qed iħares ’il quddiem għal iktar xogħol u riżultati.