Monday, May 13, 2024

Rebħa importanti għal Gudja United

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Mosta ………………0

Gudja United …..3

Permezz ta’ wirja mill-aqwa, Gudja United, kienu diġá aċċertaw mit-tliet punti sa tmiem l-ewwel taqsima hekk kif fetħu vantaġġ ta’ tliet goals.

Kienet rebħa ferm meritata għall-Gudjani li kkontrollaw lill-avversarji tagħhom matul id-90 minuta u qatt ma tawhom ċans jidħlu fil-partita fejn urew supremazija territorjali mill-aqwa u ddo­minaw anke f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pussess tal-ballun.

B’din ir-rebħa, il-Gudjani ħarġu miż-żona tar-relegaz­zjoni u laħqu lill-istess Mos­ta  fid-disa’ post tal-klassifika, b’10 punti kull wieħed, iżda għandhom differenza ta’ goals aħjar.

Din ir-rebħa tat ukoll nifs ġdid lil Gudja li jkomplu jissieltu kontra r-relegazzjoni hekk kif tidher li se tkun taqtiegħa bejn dawn iż-żewġ timijiet flimkien ma’ Sta Lucia u Sliema Wanderers, b’dawn tal-aħħar jinsabu distakkati fil-qiegħ tal-klassifika.

Gudja United għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari meta fetħu l-iskor wara biss minuta u nofs hekk kif GAB­RIEL MENSAH approfitta minn back-pass erratiku ta’ Jake Vassallo, avvanza fil-kaxxa u permezz ta’ xutt sabiħ tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Il-mumenti sussegwenti kienu ferm kwieti u nieqsa minn kull emozzjoni  karatterizzati minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

Dan sal-34 minuta meta Gudja rduppjaw hekk kif f’konrattakk veloċi Marcelo Dias għadda tajjeb lejn TENSIOR GUSMAN li tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

U jidher li l-Gudjani ma kinux kuntenti b’dan l-iskor għax ħames minuti biss wara skorjaw it-tielet goal meta Gabriel Mensaħ xeħet cross-shot insidjuż b’TENSIOR GUSMAN ikun fil-post it- tajjeb u mill-viċin tefa’ ġew­wa, biex b’hekk irreġistra doppjetta.

Huma komplew fuq l-of­fenisva u fl-44 minuta kel­lhom f’saqajhom ir-raba’ goal meta Mensah għadda tajjeb lejn Neil Tabone li minn pożizzjoni ideali kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu jintemm ftit għoli.

Fit-tieni taqsima, ir-ritmu staġna għal kollox … bl-unika azzjoni denja ta’ nota waslet fit-80 minuta meta x-xutt ta’ Louis Beland ġie salvat minn Marko Jovicic.

Fit-85 minuta, l-istess Beland tkeċċa għal Gudja meta ġie muri t-tieni karta safra. 

MOSTA: 61-Marko Jovicic, 5-Jake Vassallo (19-Johann Bezzina 46), 6-Roderick Briffa (16-Gianluca Sciberras 83), 7-William Donkin (14-Johsnon Nsumoh 46), 9-Michael Mifsud (86-Luiz Igbineweka 66), 13-Clayton Failla, 24-Ivan Doric, 27-Mehdi Hetemaj, 34-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat, 98-Rodriguez Ekani   – Coach: Joseph Grech

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Louis Beland, 7-Aidan Jake Friggieri (81-Neil Anthony Micallef 92), 8-Rodolfo Soares, 9-Tensior  Gusman (92-Abdul Temitope 62), 11-Filip Pankarican (Llywelyn Cremona 62), 17-Gabriel Mensah, 23-Neil Tabone, 25-Farid Rinaeto Zuniga, 28-Igor Dudarev, 99-Marcelo Dias (19-Ruslan Kisil 74)   – Coach: Thane Micallef

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: G. Mensah 2, T. Gusman 34, 39 (GU

AMMONITI: W. Donkin, R. Ekani (M), M. Dias, L. Beland (GU)

TKEĊĊA: L. Beland 85 (GU)

Sport