Friday, May 3, 2024

Rebħiet konvinċenti għal Liverpool u Roma

UEFA EUROPA LEAGUE

Aqra wkoll

Freiburg v West Ham
West Ham għelbu lil Freiburg bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu minn Lucas Paqueta (8) u Nayef Aguerd (66). Roland Sallai (49) kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għall-Ġermaniżi.

Marseille v Brighton
Marseille u Brighton temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 2-2, bl-iskorers għall-Franċiżi jkunu Chancel Mbemba (19) u Jordan Veretout (20). Dan sabiex l-awturi tal-goals għall-Ingliżi kienu Pascal Gross (54) u Joao Pedro (88) minn penalty.

Liverpool v St Gilloise
Liverpool kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra St Gilloise, bil-goals għalihom jaslu minn Ryan Gravenberch (44) u Diogo Jota (92).

Roma v Servette
Roma għelbu lil Servette bl-iskor kbir ta’ 4-0, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Romelu Lukaku (21), Andrea Belotti (46, 59) u Lorenzo Pellegrini (52).

Sporting v Atalanta
Atalanta għelbu lil Sporting bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals għall-Bergamaschi jaslu minn Giorgio Scalvini (33) u Matteo Ruggeri (43). Viktor Gyokeres (76) minn penalty naqqas il-marġni tal-iskor għall-ġganti Portugiżi.

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Aston Villa v Zrinjski
Aston Villa ksibu rebħa drammatika ta’ 1-0 kontra Zrinjski, bil-goal waħdani għalihom jasal minn John McGinn (94).

Fiorentina v Ferencvaros
Fiorentina u Ferencvaros temmew il-konfront kontra Ferencvaros fi draw ta’ 2-2, bil-goals għall-Viola jaslu minn Antonin Barak (67) u Jonathan Ikone (93), waqt li ż-żewġ goals għall-Ungeriżi waslu min Barnabas Varga (25) u Ibrahim Cisse (51).

Aberdeen v Helsinki
Aberdeen u Helsinki temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi draw ta’ 1-1, bil-goal għall-Fillandiżi jasal minn Bojan Radulovic (59), waqt li Bojan Miovski (79) ġab l-iskor indaqs għall-Iskoċċiżi.

Sport