Monday, September 30, 2024

Reġa’ waqa’ fil-vizzju tad-droga ftit jiem wara li temm programm ta’ rijabilitazzjoni

Aqra wkoll

Raġel li reġa’ waqa’ fil-vizzju tad-droga ftit wara li temm programm ta’ rijabilitazzjoni ntbagħat sitt xhur ħabs bit-tama li jirnexxilu “jgħix ħajja ħielsa mid-droga u l-kriminalità.”

Ramon Attard ta’ 26 sena minn Birżebbuġa tressaq il-Qorti mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja, li kellu d-droga fil-pussess tiegħu u li sar riċediv b’diversi sentenzi tal-Qrati.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Elaine Rizzo, osservat li l-ksur tal-libertà proviżorja huwa reat serju li jwassal għal konsegwenzi serji. Intqal li din ma kinitx l-ewwel darba tiegħu li xellef difrejgħ mal-ġustizzja, iżda din id-darba reġa’ waqa’ fil-vizzju ftit wara li temm il-programm ta’ rijabilitazzjoni.

Fid-dawl tal-ammissjoni tiegħu, il-Maġistrat Rizzo kkundannatu piena ta’ sitt xhur ħabs effettivi flimkien ma’ multa ta’ €100, filwaqt li rrevokatlu l-libertà proviżorja.
“Nittamaw li meta joħroġ mill-ħabs, Attard ikun jista’ jevita d-droga u jgħix ħajja indipedenti u stabbli ‘l bogħod mill-kriminalità,” tenniet il-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia mentri l-imputat kien assistit mill-Avukat David Gatt.

Sport