Wednesday, March 13, 2024

Regatta Jum il-Ħelsien: Bormla jimmiraw għat-tielet “double” infila

Aqra wkoll

Meta llum ssir ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien, Bormla jimmiraw li jirbħu d-”double” għat-tielet darba konse­kuttiva. 

Wara li għamlu doppjetta s-sena li għaddiet, fil-veritá din ir-Regatta kellha tiġi sospiża għal sentejn, fl-2020 u fl-2021, minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Madankollu, il-Bor­mliżi rebħu ż-żewġ kategoriji tal-2019, biex taw konferma li f’dawn l-aħħar snin huma ddominaw dan l-isport. 

Barra minn hekk, huma rebħu wkoll id-double tar-Regatta tal-Vitorja tas-sena li għaddiet. 

Il-Bormliżi jimmiraw li jirbħu din ix-Shield ta’ Kategorija Open għall-14-il darba u Kategorija B għat-13-il darba. Huma jistgħu jiftaħru li rebħu l-aktar darba ż-żewġ shields, bl-eqreb rivali huma Marsa (11), f’Kategorija Open, u l-Isla (7) f’Kategorija B. 

Intant, il-clubs li se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni huma: Birgu, Birżebbuġa, Borma, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Siggiewi.

Se jkun hemm ħames tiġrijiet f’kull kategorija u qabel dan il-programm se ssir tiġrija tal-Frejgatini tan-nisa. 

It-tiġrijiet fl-ordni huma: Dgħajjes tal-Midalji; Frejgatini; Tal-Pass ta’ Bi Tnejn; Kajjikki; Tal-Pass B’Erba’ Mqadef.

Din ir-regatta se ssir fil-Port il-Kbir u l-programm jibda fin-12.30 pm.  

Ekonomija

Sport