Rekord… għandu 350 ritratt ma’ VIPs internazzjonali

Aqra wkoll

The Malta Records ħabbret li Cristian Muscat – ġurnalista sportiv – kiser rekord nazzjonali hekk kif għandu 350 ritratt ma’ VIPs internazzjonali.

The Malta Records qalet li kienu mistiedna minn ġurnalist lokali sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. 

L-aktar persuna fil-gżejjer Maltin li ltaqgħet u ħadet ritratti ma’ VIPs internazzjonali minn kull sfera tal-ħajja, b’total ta’ 350 ritratt.

Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Cristian Muscat, ġurnalist sportiv.

Cristian ilu għexieren ta’ snin b’din il-passjoni li teħodlu ħafna ħin u jrid paċenzja kbira sabiex jaqta’ xewqtu. 

Qed nuru wħud mir-ritratti li Cristian irnexxielu jieħu ma’ ċelebritajiet li żgur ħafna minnkom tagħrfuhom. Aktar ritratti tistghu ssibuhom fil-paġna personali ta’ Cristian bl-isem ta’ VIP Catcher.

Minn qalbna nawguraw lil Cristian li jkompli jgħix il-ħolm tiegħu li jiltaqa’ ma’ aktar VIPs.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport