Sunday, December 22, 2024

Rekord ta’ każi fil-Ġermanja… Il-WHO twissi dwar l-imwiet fl-Ewropa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ġermanja rreġistrat l-ogħla numru ta’ infezzjonijiet ta’ COVID-19 f’ġurnata minn kemm ilha li feġġet il-pandemija.

Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ġew irrappurtati kważi 34,000 każ fil-Ġermanja u l-Ministru għas-Saħħa tal-pajjiż sejjaħ dan il-jum bħala “pandemija ta’ dawk mhux imlaqqmin”. Dan hekk kif fil-pajjiż għad hemm mas-16-il miljun persan li għadhom ma tlaqqmux.

Minkejja dan in-numru għoli ta’ infezzjonijiet, in-numru ta’ nies li qegħdin ikollhom bżonn kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-isptarijiet xorta għadu baxx aktar meta kkumparat ma dak fl-aħħar xhur.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wissiet dwar il-possibbilità ta’ madwar nofs miljun fatalità oħra fl-Ewropa kawża tal-pandemija sa Frar li ġej.

Ekonomija

Sport