Wednesday, April 24, 2024

Rekords tal-grupp ta’ età Schembri u Fenech Attard fl-ewwel jum tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm

Aqra wkoll

It-temp ħażin li laqat lil Malta llum ftit li xejn ħarbat il-proċedimenti fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm  imtella’ mill-Aquatic Sports Association ta’ Malta f’Tal-Qroqq.

Wara li ntemmet il-kompetizzjoni għas-Sibt 11 ta’ Diċembru, ġew stabbiliti  l-Age Group rekords li ġejjin.

Caine Schembri għam ħin ta’ 33.36 fil-50m Breaststroke. Ir-rekord preċedenti ta’ 33.65, kien ġie stabbilit minn Schembri stess f’Ġunju, 2021 fil-Gżira.

Intant, kienet hat trick għal Ella Fenech Attard, ta’ ħdax-il sena, li kisbet Rekords fl-Age Group Records fl-avveniment tal-100m u 200m Butterfly u l-400m Medley.

Fil-100m Butterfly, Fenech Attard għamet ħin ta’ 1:12.86, ir-rekord preċedenti kien ta’ 1:13.76 li kien miżmum minn Michela Portelli, li kienet ġiet stabbilita fl-2019 f’Nis, Serbja. Filwaqt li fil-200m Butterfly, il-ħin ta’ 2:40:52 ta’ Fenech Attard raha tistabbilixxi rekord ġdid – dak preċedenti ġie stabbilit minn Sarah Demicoli f’Berlin 2012. Il-ħin ta’ Demicoli kien 2:46.17. 

Fl-aħħar nett fl-400m Medley Fenech Attard waqqfet rekord ieħor meta għammet l-400m Medley f’ħin ta’ 5:42.05, meta mqabbel mar-rekord ta’ 5:56.93 li kienet stabbiliet aktar kmieni f’Lulju fil-Gżira.

It-tieni jum tal-Kampjonati Nazzjonali jkompli nhar il-Ħadd 12 ta’ Diċembru fl-1000hrs. Live streaming tal-avveniment se jkun ospitat fuq il-kanal YouTube tal-ASA.

Sport