Wednesday, November 27, 2024

Responsabbiltajiet ġodda fil-Kabinett

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela żied it-turiżmu mar-responsabbiltajiet tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg.

Il-Prim Ministru ħa dan il-pass minħabba r-rabta bejn l-affarijiet barranin, il-ħtiġijiet ta’ pajjiżi żgħar u l-ħidma
favur il-kwalità, li bdiet fis-settur tat-turiżmu, qasam daqstant importanti għal pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield se jibqa’ jkollu l-istess responsabbiltajiet
iżda se jingħaqad mal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika mmexxi mill-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici se jassumi r-responsabbiltà tal-industrija
tal-films.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport