Tuesday, December 24, 2024

Riċerkaturi fl-Isvezja jsibu li min ikollu tattoos jkollu riskju ikbar tal-kanċer fid-demm

Aqra wkoll

Riċerkaturi fl-Isvezja sabu li meta peruna li jkollha t-tattoos, dan jista’ jista’ jżid ir-riskju b’21% li jkollu kanċer. L-istess riċerkaturi sabu wkoll rabta potenzjali bejn it-tattoos u l-kanċer magħruf bħala ‘lymphoma’, li huwa kanċer fid-demm.

Ir-riċerkaturi, mill-Università ta’ Lynd, riedu jinvestigaw ir-relazzjoni bejn it-tattoos u l-effetti fuq is-saħħa għal żmien twil, peress li hemm nuqqas ta’ għarfien akkademiku f’dan il-qasam.

Dawn taw ħarsa lejn 11,905 persuna u sabu li 2,938 minnhom ta’ età bejn 20 u 60 sena, kellhom l-‘lymphoma’. Minn dawk il-parteċipanti, 21% minnhom, jiġifieri 289 -il persuna kellhom it-tatoo, filwaqt li dawk li ma’ kellhomx tattoo kienu jammontaw għal 735 persuna.

Wara li ħarsu lejn fatturi oħra, bħat-tipjip u l-età, ir-riċerkaturi sabu li r-riskju li jiżviluppaw l-‘lymphoma’ kien 21% ogħla fost dawk li kellhom it-tattoos.

Stħarriġ reċenti minn YouGov żvela li madwar kwart tal-popolazzjoni Brittanika, jiġifieri madwar 26% għandhom t-tattoos u l-maġġorparti ta’ dawn in-nies għandhom bejn il-25 u l-54 sena. Madwar l-Ewropa, it-tattoos kibru fil-popolarità.

Ir-riċerkaturi qalu li hija meħtieġa aktar investigazzjoni biex tiġi eżaminata kwalunkwe assoċjazzjoni oħra bejn t-tatoos u tipi oħra ta’ kanċer u biex jaraw dan kollu minn fejn qiegħed jiġi.

Ekonomija

Sport