Wednesday, April 24, 2024

Richard Arnold se jieħu post Ed Woodward fil-club ta’ Man Utd

Aqra wkoll

Manchester United ħabbru li fil-bidu tax-xahar id-dieħel, Richard Arnold se jieħu post Ed Woodward bħala l-kap eżekuttiv tal-club. 

F’April li għadda, ftit wara li kienu rtiraw mill-idea tal-Super League Ewropew, ir-Red Devils kienu ħabbru li l-viċi-chairman eżekuttiv Woodward, ta’ 50 sena, kien se jċedi l-irwol tiegħu fl-aħħar tas-sena.

Fi stqarrija huwa sostnew li l-bidla se tkun effettiva mill-1 ta’ Frar. Joel Glazer, ko-chairman eżekuttiv, qal: “Nixtieq nirringrazzja lil Ed għall-ħidma bla heda tiegħu f’isem Manchester United matul id-disa’ snin tiegħu bħala viċi-chairman eżekuttiv. 

Issa qed nistennew bil-ħerqa li Richard u t-tim ta’ tmexxija tiegħu jiftħu fażi ġdida fl-evoluzzjoni tal-klabb, bi pjani ambizzjużi għall-investiment f’Old Trafford, it-tisħiħ tal-impenn tagħna mal-partitarji kif ukoll tal-istrateġija tat-team lejn is-suċċessi. 

Arnold, li qabel kien direttur maniġerjali tal-grupp, qal: “Jien onorat li għandi ċ-ċans li naqdi lil dan il-klabb kbir u lill-partitarji tiegħu.

Sport