Friday, May 17, 2024

Richarlison segwit minn Juventus u Real Madrid

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Brażiljan ta’ Tottenham Hotspur, Richarlison, jidher li taħt it-tmexxija tal-coach Taljan, Antonio Conte, se jkun qed isaħħan il-bank tas-sostituti wara li din il-ġimgħa kienu nvoluti f’argument jaħraq fejn anke attakkaw lil xulxin permezz tal-media. 

Filwaqt li Richarlison ikkritika t-tattika u l-attitudni melankonika ta’ Conte, il-coach Taljan akkuża lill-player bħala immatur u irresponsabbli li ma għandu l-ebda rispett lejn sħabu. 

Żewġ clubs li qed isegwu s-sitwazzjoni huma Juventus u Real Madrid li jridu jiftħu taħdidiet mal-aġent tal-players biex jiffirmawh fis-sajf li ġej. 

Sport