Saturday, January 18, 2025

Riħ qawwi jaħkem il-gżejjer Maltin

Aqra wkoll

Kif kien imbassar, ilbieraħ, il-gżejjer Maltin kienu milquta minn riħ qawwi u ħalbiet ta’ xita iżolati li kienu qawwija f’xi inħawi.

Dan ħalla wkoll l-effett tiegħu tant li ġew irrappurtati xi ħsarat f’diversi lokalitajiet, fosthom fil-Belt Valletta fejn tqaċċat fanal u ġiet mitluba l-assistenza tal-awtoritajiet ikkonċernati sabiex jitneħħa l-periklu. 

Il-qilla tal-maltemp kienet evidenti wkoll mill-mewġ b’saħħtu li beda jaħbat mal-blat f’inħawi differenti, bħal f’Wied iż-Żurrieq, filwaqt li kien hemm lokalitajiet oħra fejn il-baħar saħansitra baqa’ tielgħa fuq l-art. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport